Ilbieraħ fil-Globe Arena fi Stokkolma saret it-tieni semifinali tal-konkors Eurovision li matulha ikkompetew 18-il kanzunetta minn daqstant pajjiżi u li minnha intgħażlu t-tieni grupp ta’ 10 finalisti.
Dawn huma il-Latvia, il-Georgia, il-Bulgarija, l-Awstralja, l-Ukrajna, is-Serbja, il-Polonja, l-Iżrael, il-Litwanja u l-Belġju.
Dawn l-10 pajjiżi jingħaqdu mal-10 pajjiżi li ntgħażlu fl-ewwel semifinali ta’ nhar it-Tlieta, fosthom Malta għas-serata finali li se ssir għada. Magħhom jingħaqdu wkoll 6 pajjiżi oħra li jgħaddu b’mod awtomatiku għas-serata finali li huma l’hekk imsejjħa Big 5 (il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, l-Italja u Spanja) u l-Izvezja bħala pajjiż organizzatur.
Intant matul il-lejl li għadda ittellgħet il-polza tal-ordni kif se jkantaw il-parteċipanti fil-finali ta’ għada. Ira Losco, li qed tirrappreżenta lil Malta bis-silta “Walk on water”, se tkun it-22 kantanta.
//= $special ?>