Il-Kap Eżekuttiv ta’ Facebook, Mark Zuckerberg, qal li l-kumpannija tiegħu qed tinvestiga spekulazzjoni li s-sajt iċċensura rapporti tal-aħbarijiet ta’ fehma konservattiva.
Dan wara ġimgħa ta’ allegazzjonijiet fl-istampa u diskussjoni fis-Senat tal-Istati Uniti.
Il-websajt Gizmondo, li jitratta l-aħbarijiet tekniċi, qal li l-istaff ta’ Facebook ‘rażżnu’ artikli dwar suġġetti konservattivi li ma dehrux fis-sezzjoni tal-aħbarijiet ‘trending’ (ta’ Facebook). Dan waqt li huma xprunaw ‘il quddiem artikli oħra anki jekk dawn ma kenux daqstant validi bħala l-aħħar online trends.
Zuckerberg, issa, qed jgħid li Facebook ma sab l-ebda provi li r-rapport huwa korrett u insista li l-media soċjali li jmexxi ‘temmen bis-sħiħ li għandha tingħata vuċi lil kulħadd’. Hu kompla li t-tmexxija ta’ Facebook qed titratta l-allegazzjonijiet dwar ‘l-istejjer li nżammu lura bi skop’ b’serjetà kbira u meta qed issir investigazzjoni sħiħa biex taċċerta mill-integrità tal-prodott ( ta’ Facebook).
Mark Zuckerberg qed jistieden ukoll lill-konservattivi ewlenin biex jiltaqgħu miegħu, personalment, ‘fejn jistgħu jiddiskutu l-fehmiet tagħhom’.
//= $special ?>