Lokali

Filmat: Muscat jgħid li għandu fiduċja f’Keith Schembri

Il-Prim Ministru Joseph Muscat itenni fiduċja sħiħa fiċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri, minkejja li bħall-Ministru Konrad Mizzi nqabad li għandu kumpaniji sigrieti f’pajjiżi magħrufa għall-ħabi ta’ flus.

Minkejja li Keith Schembri kiser il-liġi meta ma ddikjarax dawn il-kumpaniji, Muscat indirizza l-kritika li saret billi ddeskriviha bħala kampanja biex ikun demonizzat.

Ironikament Muscat stqarr li jaqbel ma’ dak li qal wieħed mill-mistiedna ta’ konferenza kontra l-korruzzjoni li saret f’Londra, jiġifieri li politiċi li ma jiħdux deċiżjonijiet serji f’dan l-iskandlu tal-Panama Papers, mhumiex eliġibbli. Matul din il-konferenza tkellem ukoll Joseph Muscat stess.

Dan minkejja li Muscat għażel li jżomm lil Konrad Mizzi bħala Ministru, u lil Keith Schembri bħala Chief of Staff.

Muscat naqas milli jwieġeb ukoll dwar meta se tkun lesta l-audit li nfetħet fil-konfront tal-kumpanija ta’ Konrad Mizzi.