Sewwieq ta’ mutur u passiġġiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal kura wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Mosta
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18.00 fi Vjal L-indipendenza il-Mosta.
L-impatt seħħ bejn mutur tat-tip Suzuki GSF misjuq minn Portugiż ta’ 30 sena u hu residenti l-Imġarr u karozza tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn xufier ta’ 46 sena residenti l-Għargħur.
Fuq il-mutur kien hemm mara Maltija ta’ 28 sena resident ta’ Xbiex.
Is-sewwieq tal-mutur u l-passiġġiera ttieħdu l-isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikat li ma jinsabux fil-periklu tal-mewt. Filwaqt li s-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
Aktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika tagħhom mistennija tingħata aktar tard.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

