Id-DJ popolari David Guetta u l-kantanta Zara Larsson għadhom kif ħarġu silta tal-kanzunetta l-ġdida li se tintuża għall-Kampjonat Ewropew tal-futbol Euro 2016.
Dan il-kampjonat se jiġi organizzat fi Franza, u allura kienet mistennija li l-għażla taqa’ fuq id-DJ Franċiż ta’ fama mondjali.
Fil-kanzunetta “This One’s For You” tispikka l-vuċi tal-Iżvediża Larsson, bis-sehem ta’ miljun partitarju minn madwar id-dinja.
//= $special ?>