Lokali

Ikkontrollat fil-ħin nar li ħakem ħaxix ħażin f’parti minn Triq il-Kosta

Mhux magħruf x’wassal biex dalgħodu nirien ħakmu l-ħaxix ħażin f’parti minn Triq il-Kosta f’San Pawl il-Baħar, b’periklu li n-nar seta’ jinfirex u anke jaħkem is-sigar li hemm fil-madwar.

Madankollu, intervent immedjat mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wassal biex in-nar kien ikkontrollat fil-ħin. Kienu ħafna dawk li nnutaw ir-riħa qawwija u rrappurtaw dak li raw, hekk kif in-nar ħa meta kien diġà qed jinġema’ ammont sostanzjali ta’ traffiku.

Fil-fatt, fil-post issejħu wkoll Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku li ħadu ħsieb jikkontrollaw il-karozzi u l-vetturi l-oħra li normalment jagħmlu użu minn din it-triq ewlenija.

Nar Triq il-Kosta 2 130516