Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake sostniet li l-pajjiż tilef is-serenità politika li kien tah Gvern Nazzjonalista.
Dan il-messaġġ is-Segretarju Ġenerali tal-PN għaddietu meta kienet qed titkellem fil-Kunsill Ġenerali ftit tal-ħin ilu.
Is-Segretarju Ġenerali qalet li dan il-Kunsill Ġenerali tal-PN qed isir fi żmien partikolari u differenti minn dak li l-poplu Malti kien imodorri jgħix fih taħt Gvern Nazzjonalista. Dan hu perjodu bla serenità politika li tant ħadem għaliha l-Gvern Nazzjonalista; gvern li kien bena pajjiż Ewropew fuq livelli tal-pajjiżi membri fl-UE.
Din l-istabblita politika u ekonomika l-Gvern Nazzjonalista kien irnexxielu jakkwistaha anki minkejja r-riċessjoni internazzjonali qawwija li l-pajjiż kien effettwat minha iżda li bil-politika tal-Gvrn Nazzjonlaista, il-pajjiż kien irnexxielu jgħeleb.
Rosette Thake irrefferiet għall-Panama Papers, l-akbar skandlu internzzjonali u qalet li dan l-ikandlu kiber minħabba l-għebusija tar-ras tal-Prim Ministru Joseph Muscat u propju għaliex Joseph Muscat ħa deċiżjonijiet ħżiena fejn poġġa l-interessi personali tiegħu u tan-nies li jaħdmu madwaru qabel l-interessi nazzjonali.
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN qalet li l-poplu qed jitlef il-fiduċja fil-Prim Minisru Joseph Muscat filwaqt li qed iħares lejn il-PN bħala gvern alternattiv. Dan għaliex il-PN qed jippreżenta politika ta’ persważjoni u politika onesta waqt li l-Gvern Laburista qed jibni fuq l-ingann. Filwaqt li semmiet ir-riżultati pożittivi li l-PN kiseb fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u fil-festi tal-Indipendenza, is-Segretarju Ġenerali tal-PN qalet li l-PN qed jipproġetta politika bi stil differenti anki permezz tal-pubblikazjoni ta’ dokumenti politiċi li fihom hemm il-politika ġdida li qed jimxi fuqha l-PN. Din hi politika li għandha viżjoni għall-futur.
Il-PN organizza wkoll żewġ protesti nazzjonali li kienu suċċess u li fihohm il-poplu semma leħnu quddiem il-politika tal-Gvern Laburista. Dna filwaqt li l-PN kompla jkun Oppożizzjoni qawwija u kostruttiva fil-parlament.
Issa l-PN qed jagħmel il-pass li jmiss billi jkun gvern alternattiv, sostniet Rosette Thake, li kompliet li l-PN qed jippreżenta l-proposti tiegħu minn issa biex jaqssamhom mal-poplu Malti kollu. Jekk irid anki l-Gvern Laburista jista’ jagħmel użu minn dawn il-proposti, sostniet Rosette Thake li kompliet li l-PN qed jaħdem permezz tal-policy fora u strutturi oħra ta’ diksussjoni li fihom qed juri kemm hu parit miftuħ għal kull min irid jagħti kontribut politiku.
Rostte Thake għamlet distinzjoni bejn iż-żewġ mexxejja; il-Kap tal-PN Simon Busuttil u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat. Filwaqt li Simon Busuttil hu politiku li għandu l-kredibbilta’ qed tikber, Joseph Muscat qed inaqqas il-kredibbiltà. Simon Busuttil jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa f’waqthom filwaqt li Joseph Muscat ma jiddeċiedi.
Rosette Thake qalet li Simon Busuttil hu politiku li qed jmexxi u li qed jirnexxielu jgħaqqad lin-nies warajh filwaqt li Joseph Muscat qed jitmexxa. Joseph Muscat dejjem kien fuq in-naħa l-ħażina tal-istorja filwaqt li Simon Busuttil qed jagħmel l-istorja, sostniet Rosette Thake, li qalet li l-PN hu partit miftuħ u inklussiv li lest ikompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu biex jibni l-aħjar politika għall-poplu Malti.
//= $special ?>