Lokali

Jisraq cash register minn ħanut f’Paceville

Impjegat ta’ ħanut tal-merċa fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan kmieni dalgħodu kien fil-mira ta’ hold-up, li fih insterqu ammont ta’ flus kontanti.

Jirriżulta li l-każ seħħ għall-ħabta tas-5.45am meta raġel b’wiċċu mgħammad u armat b’sikkina daħal wara l-bank tal-ħanut, imbotta lill-impjegat u ħataf il-cash register qabel ma ħarab biha.

Fil-post issejħu lill-Pulizija, li malli waslu fil-post sabu lill-impjegat, li għandu 20 sena, ibati minn xokk qawwi kawża ta’ dak li ġara. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.