Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu għamel żjara fil-Kwartieri tar-Red Cross f’Pembroke. Matul iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-opportunità jifhem aħjar ħidmet dawn il-voluntiera, li kulma jmur qed ikomplu jkabbru u jespandu l-operat tagħhom.
Din l-organizzazzjoni qed tiffoka fuq apparat ġdid li saħansitra ma jinsabx fl-Isptar Mater Dei. Fost oħrajn, għandhom Ambulanza li tiflaħ piż aktar min-normal. Matul ix-xhur tas-Sajf, se jkunu qed iniedu wkoll Ambulanza tal-Baħar, kif ukoll qed jaħsbu biex jinvestu f’Ambulanza għat-tfal, li f’Malta qatt ma kellna.
Sal-lum, din l-organizzazzjoni għandha aktar minn 150 voluntier u tat ukoll is-sehem tagħha waqt il-kriżi Libjana. Fl-istess waqt, qed tkun strumentali wkoll biex tagħti ‘first aid courses’. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat ukoll mis-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg, kif ukoll mill-Kandidat għall-elezzjoni ġenerali Charles Selvaggi.
//= $special ?>

