L-Armata tat-Turkija kkonfermat il-qtil ta’ militar tagħha waqt konfronti ma’ ribelli Kurdi qrib il-fruntiera Torka mal-Iraq. Ir-rapporti qalu li talanqas sitt suldati nqatlu ‘fl-art’ u li żewġ piloti li ppruvaw jgħinuhom ukoll tilfu ħajjithom meta huma ġġarrfu b’ħelikopter.
Fil-battalji nqatlu anki sitt ribelli, bl-aħħar rapporti jirreferu għal ‘numru ta’ midruba fuq kull naħa’. L-aħħar spinta ta’ ġlied bdiet illum qrib il-belt ta’ Cukurca, fil-provinċja ta’ Hakkari. Dan meta t-Turkija, fl-aħħar xhur, eskalat il-gwerra mar-ribelli Kurdi tal-grupp PKK.
Il-vjolenza ġdida ssegwi l-falliment, matul is-sajf, ta’ proċess għall-paċi li kien ilu jżomm għal sentejn. Mindu komplew il-battalji mal-PKK, mifhum li mietu talanqas 400 membru tal-qawwiet tas-sigurtà Torok.
//= $special ?>