Susannah Mushatt Jones, li, fl-età ta’ 116-il sena, kienet l-ixjaħ persuna fid-dinja, mietet matul il-lejl tal-Ħamis, f’residenza għall-anzjani fi New York. Din il-mara, li twieldet fl-1899, qrib Montgomery, fl-Istat ta’ Alabama, kienet ilha marida għal diversi jiem.
Emma Morano, Taljana ta’ 116-il sena (u li hi ftit xhur iżgħar minn Jones) issa saret l-ixjaħ persuna tad-dinja’ – b’dan it-titlu għadu mhux uffiċjali.
L-anzjana kellha għaxart aħwa u qrabatha jgħidu li hi gawdiet ħajja daqshekk twila ‘grazzi għall-imħabba kbira li kellha għal familtha u l-fatt li kienet mara ta’ qalb kbira’.
Susannah Mushatt Jones saret l-akbar anzjana tad-dinja, skont il-Guinness World Records, wara li l-Ġappuniża Misao Okawa, li kellha 117 il-sena, mietet f’Tokjo, is-sena l-oħra. Skont l-aħħar rapporti,
Taljana l-ixjaħ persuna fid-dinja
