Din li qed taraw mhix card tal-ATM! Hija card li kienet tintuża qabel ma saru popolari it-telefowns ċellulari. U din partikolari, ħarġet fl-2002 wara s-suċċess li kellha Ira Losco fil-Eurovision.
It-telecard bil-wiċċ ta’ Ira Losco 14-il sena ilu spiċċat għall-bejgħ fuq MaltaPark madwar xahar ilu, f’nofs l-ewforija kollha li pajjiżna għaddej minnha minħabba l-parteċipazzjoni ta’ Losco fl-edizzjoni ta’ din is-sena.
Hemm ukoll card oħra identika li tpoġġiet għall-bejgħ fl-istess sit ftit tal-jiem ilu.
Il-valur ta’ din il-card 14-il sena ilu kien ta’ Lm2 – illum b’valur ta’ €4.66.
//= $special ?>

