Lokali

Żvelat il-logo tal-Junior Eurovision 2016, li se jsir f’Malta

Fi Stokkolma, illum kien żvelat il-logo tal-Junior Eurovision 2016, li din is-sena se jsir f’Malta. It-tema tal-Junior Eurovision ta’ din is-sena hi “Embrace”.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet, li għaliha attendew l-għola uffiċjali tal-EBU, attendiet ukoll Destiny, li din is-sena rebħet il-Junior Eurovision fil-Bulgarija.

Għada Destiny se tidher fis-serata finali tal-Eurovision u se tkun intervista mir-rebbieħ tal-Eurovision tas-sena li għaddiet, Mans.