Dalgħodu ġiet imnedijja l-attivita’ Inspire Fest f’Tas-Sliema. Fl-attivita’ bl-isem ta’ ‘Buongiorno con Nutella’, itellaw diversi attrazzjonijiet għall-pubbliku, fosthom delizzji tal-ikel magħmulin minn Nutella. Minbarra rappreżentanti tal-Fondazzjoni Inspire u Nutella, attenda wkoll is-Sindku ta’ Tas-Sliema Anthony Chirchop.
Bejn il-Ġimgħa 20 u l-Ħadd 22 ta’ Mejju, l-Fondazzjoni Inspire se tkun qed torganizza l-akbar attivita’ annwali tagħha – ‘The Inspire Fest sponsored by Nutella’.
Din l-attivita’ se tkun organizzata l-Imdina, u se jkun hemm xelta vasta ta’ ikel magħmul b’riċetti li fihom intużat iċ-ċikkulata Nutella. Filfatt, din l-attivita’ mill-Fondazzjoni Inspire qed titella’ bl-għajnuna ta’ Nutella.
L-attivita’ Inspire Fest se tkun qed torganizza attrazzjonijiet li jħajru n-nies jattendu, anke b’permezz ta’ spettaklu minn mużiċisti varji. Il-pubbliku huwa misitieden biex jattendi u m’hemm l-ebda ħlas, iżda donazzjonijiet b’risq il-Fondazzjoni Inspire se jiġu milquha.
//= $special ?>