Ċiklist tilef ħajtu wara li ttajjar minn karozza fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:45 fi Triq San Pawl tal-Qlejgħa fil-Mosta.
Iċ-Ċiklist ta’ 50 sena imwieled l-Awstrajla, residenti l-Mosta kellu impatt ma’ karozza tat-tip Toyota Vitz, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Il-vettura kienet qed tinstaq fid-direzzjoni mill-Imġarr lejn iċ-ċentru tal-Mosta.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugejja li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija mid-Distrett tal-Mosta għadha għaddejja.
//= $special ?>