Lokali

FILMAT: Aktar minn €430,000 miġbura b’risq ALS Malta

Aktar minn €430,000 inġabru ilbieraħ waqt il-programm Xarabank b’risq ALS Malta.

Waqt il-programm intwerew filmati ta’ diversi Maltin li qedin ibghatu mill-marda tal-ALS. Marda li fi zmien qasir tipparallizzak u l-uniku ħaġa li tkun tista iċċaqlaq huma għajnejk.

Għalhekk bil-flus li inġabru waqt dan il-programm b’risq ALS Malta, imwaqqafa minn Bjorn Formosa, raġel ta’ 30 sena li qiegħed ibgħati hu stess mill-marda tal-ALS, se jingħataw għal aktar riċerka dwar din il-marda u bl-iskop li l–quddiem ikun hawn fejqan aliha. Għalissa sfortunatament m’hawn l-ebda trattament.

Waqt l-istess programm inġabru wkoll flus biex jinxtara wheel chair speċjalizzat li jitħaddem bil-moviment tal-għajnejn.

Waqt l-istess programm Bjorn Formosa, li qieghed ibagħti hu stess mill-marda tal-ALS, ħabba li se jagħti mitt elf ewro minn butu għall-fondazzjoni ALS Malta, biex ikunu jistgħu jgawdu n-nies ta’ warajh li jbgħatu minn din il-marda. Bjorn se jkun qiegħed iħalli l-apparat li juża hu lil dawk il-Maltin li jbgħatu mill-marda tal-ALS, wara li jħalli din id-dinja.

Waqt il-programm tal-biraħ ta’ Xarabank waslet il-messaġġ tagħha ukoll il-kantanta Ira Losco, fejn filwaqt li rringrazzjat lill-Maltin tas-support li jtuha, irringrazzjat lil Maltin li se jkunu qed jgħinu lil Bjorn, biex il-ħolma tiegħu issir realta’.