Lokali

Impjegat jindarab ħafif waqt serqa fil-Ħamrun

Impjegat ta’ 19-il sena ġarrab ġrieħi ħfief waqt serqa minn stabbiliment tal-logħhob fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ il-biraħ filgħaxija għall-ħabta tal-21.45 fi Triq Dun Nerik Cordin il-Ħamrun.

Mill-ewwel stħarriġ preliminari jidher li fil-ħanut daħlu żewġ persuni, li kif daħlu għeddew lill-impjegat filwaqt li talbuh biex jagħtihom il-flus. Huma kienu lebsin hoddie u kienu armati b’arma tan-nar u arma li taqta u bil-ponta. Huma irnexxielhom jaħarbu minn fuq il-post b’ammont sostanzjali ta’ flus kontanti.

Fuq il-post issejħu l-pulizija tad-distrett li marru minnufih fuq il-post.

Fortunatament ħadd mill-klijenti ma’ weġġa’

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.