Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn għoli fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:20 ta’ filgħodu fi Triq il-Pont il-Mellieħa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li Ingliż ta’ 27 sena, għal xi raġuni, tela’ fuq ħajt fir-residenza privata tiegħu fejn waqa’ madwar sular għoli.
L-Ingliż ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>