Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li magna tal-pressa qabditlu idu

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li magna tal-pressa qabditlu idu f’fabrika fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30 ta filgħodu fiż-Żona Industrijali tal-Marsa.

Mill-ewwel investigazzjoni irriżulta li waqt li r-raġel ta’ 32 residenti l-Fgura kien qiegħed jaħdem fuq magna tal-pressa, meta għal xi raġuni din qabditlu idejh. Il-pulizija ġew infurmati bl-inċident għall-ħabta tas-7.15.

Ir-raġel qiegħed isofri minn ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.