Quddiem Kastilja, grupp ta’ dimostranti inġabru bl-għan li jwasslu messaġġ sabiex iqajmu kuxjenza dwar il-qerda tal-ambjent f’pajjiżna. F’din il-pjazza quddiem l-Ufficju tal-Prim Ministru, il-Kamp Emerġenza Ambjent organizza attivita’ fejn intramaw numru ta’ kampijiet u li skont l-istess organizzaturi ttellaw bil-għan li jibqgħu hemm sakemm iħossu li l-messaġġ ikun wasal.
“Teqirdux il-futur tagħna” – hija din it-tema li tkellmu dwarha r-rappreżenanti tal-Kamp Emerġenza Ambjent, f’konferenza waqt it-twaqqif pubbliku ta’ din l-organizzazjoni.
Il-kelliema stqarru li l-pożizzjoni tagħhom tisħaq kontra l-proġett fuq art ODZ fiż-Żonqor, u li l-art ODZ kollha għandha titgawda mill-poplu Malti kollu. Fl-istess konferenza, l-Kamp Emerġenza Ambjent saħaq li m’ghandux isir ukoll l-istruttura għall-ħażna tal-fuel f’Ħas-Saptan.
Huma stqarru li wara l-aħħar statistika maħruġa, Malta tinsab fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ art żviluppata meta ikkumparat mal-art naturali għad baqa’ pajjiżna.
//= $special ?>