Il-logħba mill-Premier League Ingliż bejn Manchester United u Bournemouth li kellha tintlgħab llum fl-istadium ta’ Old Trafford f’Manchester spiċċat abandunata bl-Stretford End u s-Sir Alex Ferguson Stand fl-istadium jiġu evakwati.
Dan seħħ wara li nstab pakkett suspettuż fl-istadium.
Inizjallment il-logħba kienet ser tiġi posposta iżda fuq parir tal-pulizija ġie deċiż li l-logħba tiġi abbandunata. L-ewwel indikazzjoni ta’ nkwiet ġie meta ġie mħabbar ‘Code Red’ bil-players taż-żewġ teamijiet li kienu qegħdin jagħmlu l-warm up jirtiraw mill-istadium.
Fl-istadium membri tas-sigurta sa mill-ewwel bdew jassistu fil-proċess ta’ evakwazzjoni filwaqt li minnufih beda t-tiftix madwar l-istadium permezz tal-klieb tal-pulizija. Aktar tard waslu anke forzi tas-sigurta speċjalizati fl-isplussivi.
Għal ħabta tal-erbgħa u nofs ħin Ingliż il-forzi tas-sigurta speċjalizati fl-isplussivi wettqu splużjoni kontrollata.
//= $special ?>