Lokali

B’dak li għaddej minnu pajjiżna joħloq periklu għad-demokrazij – Joe Ellis

Mistieden tal-Kunsill Ġenerali kien l-Avukat Joe Ellis. Hu qal li meta kien mitlub biex jindirizza dan il-kunsill ħass li kien dmir għaliex qal li s-soċjetà qed tħares lejn il-politika b’suspett minħabba dak li għaddej minnu pajjiżna u dan joħloq periklu għad-demokrazija f’Malta.

Joe Ellis qal li l-indafa fil-politika u f’oqsma oħra saret importanti ħafna. Hu semma kif il-qasma ideoloġika tal-passat spiċċat. Joe Ellis qal li l-Partiti Politiċi qed jiddistingwu ruħhom bil-mod kif joffru li jiggvernaw.

Hu semma kif din il-ġimgħa kien hemm summit f’Londra kontra l-korruzzjoni, għal-liema summit kien mistieden il-Prim Ministru Joseph Muscat. Hu qal li f’dan is-summit kien diskuss kif hemm min jiggverna biex joħloq il-ġid jew inkella jiggverna biex jistagħna hu u ta’ madwaru.

Joe Elliss saqsa jekk f’Malta għandniex strumenti biżżejjed biex niġġieldu l-korruzzjoni. Saħaq li l-korruzzjoni twassal għal rabtiet mal-kriminalità u għalhekk kull ma jmur irridu noqogħdu attenti għal dak kollu li għaddej.