L-eks Sindku Konservattiv ta’ Londra Boris Johnson qabbel lil Unjoni Ewropea ma’ l-għanijiet ta’ Adolf Hitler u saħaq li t-tnejn li huma kellhom l-għan li jgħaqdu l-Ewropa taħt awtorita’ waħda. Johnson li kien qiegħed jitkellem f’intervista mal-ġurnal The Telegraph huwa wieħed mill-persuni prinċipali fil-kampanja li qegħda ssir fir-Renju Unit kontra sħubija fl-Unjoni Ewropea b’rabta mar-referendum dwar is-sħubija li ser isir fit-23 ta’ Ġunju.
Fl-istess intervista Johnson, li ħafna jgħidu għandu interess jieħu post il-Prim Ministru Ingliż David Cameron bħala kap tal-partit Konservattiv, qabbel l-Unjoni Ewropea mhux biss ma’ Hitler iżda anke ma’ Napuljun. Huwa sosnta li kull attentat ta’ riforma kien ta’ xejn u l-unika għażla li kellu r-Renju Unit kien il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.
Il-kampanja dwar is-sħubija tar-Renju Unit qegħda tkompli tintensifika hekk kif stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika juri differenzi żgħar fl-appoġġ li qegħdin igawdu il-kamp favur is-sħubija u l-kamp kontra s-sħubija.
Minn naħa tiegħu fl-aħħar siegħat il-Partit Laburista Ingliż kompla bil-kampanja tiegħu favur is-sħubija bil-mexxej Laburista Jeremy Corbyn jisħaq li l-problema tal-pajjiż ma’ kienetx l-Unjoni Ewropea iżda l-gvern Konservattiv.
//= $special ?>