Lokali

Determinati li nkomplu mexjin ‘l quddiem b’onesta u integrità

Fir-replika tagħha, fit-tmiem tal-Kunsill Ġenerali bit-tema Politika Onesta, Rosette Thake qalet li fid-diskors tagħha l-Ġimgħa għamlet referenza għal mod kif pajjiżna tilef is-serenita.

Sostniet li kelliem wara l-ieħor elenka numru ta’ punti li huma importanti ħafna għall-futur tal-Partit. Rosette Thake sostniet li punt importanti kien li f’dan il-kunsill Ġenerali tnieda rapport dwar it-traffiku u rapport li offra soluzzjonijiet konkreti.

Rosette Thake qalet li aħna poplu b’aspirazzjoni u determinat. Hi sellmet lil Ira Losco u t-tim tal-Waterpolo tal-Under 19 li kienu xempju ta’ dan kollu.

Rosette Thake semmiet kif il-Prim Ministru prova jagħmel sarima ma ħalq il-PN imma ma rnexxiliex għaliex ilPN hu determinat li jkompli miexi ‘l quddiem b’onesta u integrita.