Il-Gvernatur tal-Bank tal-Ingilterra iddefenda l-intervent tiegħu fid-dibattitu dwar l-isħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea.
Il-Gvernatur Mark Carney kien wissa, jiem ilu, li jekk il-Britanniċi jivvutaw biex joħorġu mill-Unjoni Ewropea waqt ir-referendum tax-xahar id-dieħel, dan il-vot jista’ jwassal għal riċessjoni u konsegwenzi negattivi oħra għall-ekonomija.
Il-pożizzjoni ta’ Carney qanqlet sejħiet għar-riżenja tiegħu iżda l-Gvernatur qed jagħmilha ċara li hu persuna indipendenti mill-politika u li mhux qed jissuġġerixxi kif in-nies iridu jivvutaw.
//= $special ?>