Internazzjonali

Il-Palestinjani jfakkru l-avveniment tan-Nakba

Mijiet ta’ Palestinjani mmarċjaw fil-Belt ta’ Gaza biex ifakkru l-avveniment tan-Nakba li hi l-kelma Arbija għal katastrofi.

Il-Jum tan-Nakba għall-Palestinjani jfakkar it-twaqqif tal-Istat ta’ Iżrael li seħħ fl-1948 u l-Palestinjani, qed jużaw dawn id-dimostrazzjonijiet biex jinsistu bid-drittijiet tagħhom.

Fl-avveniment partikolari, il-Palestinjani jinsistu fost oħrajn jbiex jirritornaw fl-artijiet okkupati mill-Iżraeljani wara snin ta’ tbatija.