Il-Partit Nazzjonalista hu determinat li jkompli jaħdem għall-ġid tal-pajjiż, minkejja l-gideb li l-Gvern ta’ Joseph Muscat qed jitfa’ kontinwament fuq il-Partit Nazzjonalista u l-esponenti tiegħu.
Iżda l-ilma nadif mill-ġdid jiġi bil-kurrent u l-verita’ dwart il-Partit Nazzjonalista qed titla f’wiċċ l-ilma, waqt li l-ħabi tan-nies ta’ Joseph Muscat qed tħammeġ kontinwament lil pajjiżna.
Qal dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-ħidma fil-partit, Beppe Fenech Adami, li fakkar kif fost in-nies li qed jagħmlu ħsara lil pajjiżna hemm Keith Schembri u Konrad Mizzi, li Joseph Muscat jibqa’ jiddefendihom.
Għall-kuntrarju, Joseph Muscat sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet biex tenna fiduċja fiż-żewġ persuni fost l-eqreb tiegħu, li jaħdmu maġenbu f’Kastilja.
Mhux talli ma għamel xejn, iżda ironikament, Muscat mar jgħallem lil ħaddieħor, waqt konferenza kontra l-korruzzjoni f’londra, dwar kif wieħed għandu jiġġieled il-korruzzjoni.
Beppe Fenech Adami wissa’ li minkejja li Joseph Muscat ipprova jagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista, taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil il-partit determinat li jibqa’ jiddefendi lill-pajjiż mis-sħaba sewda li l-gvern ta’ Joseph Muscat ġab fuq Malta.
//= $special ?>


