Riżultat tal-iskandlu tal-Panama wasslu biex ħafna żgħażagħ qatgħu ħafna mid-dinja tal-Politika. Iż-żgħażagħ waqqfu jemmnu li l-politika waqqfet twassal il-vuċi tagħhom. Saħaq dan Manuel Zarb, żagħżugħ ta’ 18-il sena li kien mistieden biex jindirizza l-Kunsill Ġenerali tal-PN. Manuel Zarb intagħżel minn madwar l-Ewropa kollha, sabiex ikun wieħed mit-tliet kelliema, fil-konferenza tal-Partit Popolari Ewropew.
Manuel Zarb qali kekk iż-żgħażagħ iwarrbu l-ħolma ta’ politika onesta, il-politika mhux se toffri futur sabiħ. Manuel Zarb qal li l-PN irid jattira lejh iż-żgħażagħ għaliex Iż-żgħażagħ jixtiequ trasparenza. Jixtiequ li jkunu qed jgħixu f’pajjiż li min jiżbalja jieħu dak li ħaqqu.
Manuel Zarb qal li l-Partit Nazzjonalista joffri dinjità, u għalhekk il-Kap tal-PN jesprimi sens ta’ tama. Il-PN għandu kap ta’ partit li biċ-ċar qed juri li joffri politika b’differenza. Qal li l-poplu irid politika onesta, fost il-poplu hemm din ir-rieda. Manuel Zarb appella lill-PN biex jagħti vuċi liż-żgħażagħ. Appella wkoll lill-pubbliku biex jekk iridu Malta aħjar idur lejn il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>