Ingħaqdu miegħi biex innaddfu l-politika. Kien dan l-appell tal-Kap tal-PN Simon Busuttil waqt id-diskors tiegħu li ġab fi tmiemu l-Kunsill Ġenerali tal-PN bit-tema Politika Onesta. Simon Busuttil saħaq li mill-politika onesta jgawdi kulħadd
Il-Kap tal-PN iffoka fuq il-ħames punti li fuqhom sejjes il-programm politiku tiegħu qabel ma nħatar Kap tal-PN fosthom li mal-partit tkun taf fejn qiegħed, ir-riorganizzazzjoni tal-PN, partit li jsir partit tan-nies, li jkun oppożizzjoni effettiva u li jkun gvern alternattiv. B’rabta mal-aħħar punt, Simon Busuttil fakkar fl-erba’ rapporti li ressqet l-oppożizzjoni u ż-żewġ liġijiet li tressqu mill-Oppożizzjoni.
Din il-ħidma ssarrfet biex illum kull stħarrig qed jindika li l-PN qed joffri sfida lill-Partit Laburista.
Simon Busuttil irrefera għad-dikjarazzjonijiet li għamel Joseph Muscat f’Londra f’konferenza kontra l-korruzzjoni u qal li dawn id-dikjarazzjonijiet juru li l-gvern Labursita ma għandux rispett lejn il-verita.
Il-Kap tal-PN ikkritika wkoll id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li f’Londra qal li kellu jieħu deciżjonijiet iebsa. Dan meta fil-fatt il-Ministru Konrad Mizzi baqa’ ministru u Keith Schembri baqa’ Chief of Staff f’Kastilja
Quddiem dan kollu, saħaq il-Kap tal-PN, huwa pajjiżna li qed jaqa’ għaċ-ċajt. Huwa għalhekk li l-poplu Malti għandu jwieġeb għas-sejħa tal-PN biex flimkien innaddfu l-politika.
Rapport dettaljat fil-ħin li ġej
//= $special ?>

