Ira Losco li l-bieraħ tgħat wirja mill-aqwa fil-Eurovision Song Contest ser tkun qegħda tasal lura Malta illum fil-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar. Bosta huma dawk li qegħdin jistennew bi ħġarhom sabiex joffru merħba mill-isbaħ lill-kantanta Maltija li spiċċat fir-raba’ post bil-voti tal-ġurija u fit-tnax il-post wara li kienu miżjuda l-voti tat-televoting.
Minn naħa tagħha Ira Losco f’kummenti saħqet li fis-serata tal-bieraħ kien hemm ħafna kantanti u kanzunetti tajbin. Saħqet li kienet xi ħaġa stupenda li Malta wasslet sal-finali u qalet li tinstab kuntenta ħafna bir-raba’ post mill-voti li taw il-ġurati u t-t12 il-post fil-finali. Ira Losco rringrazzjat lil Malta għall-appoġġ li tatha tul il-kompetizzjoni filwaqt li ferħet lil kantanta Jamala tal-Ukrajna tar-rebħa tagħha.
//= $special ?>