Il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Keith Schembri riedu jevitaw li l-banek Maltin jsiru jafu bit-trusts tagħhom f’New Zealand. Dan ġie żvelat f’evidenza ġdida li ħarġet mill-Panama Papers u li ġiet żvelata fuq The Sunday Times of Malta.
Emails li għaddew bejn Karl Cini ta’ Nexia BT u Mossack Fonseca f’New Zealand juru li sabiex titwaqqaf it-trust intalbu ittri ta’ referenza mill-banek dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri. Iżda Cini li kien qiegħed jirrapreżenta l-interessi ta’ Mizzi u Schembri staqsa jekk kienx hemm mod kif dan jiġi evitat. Fil-fatt f’email fit-23 ta’ Mejju 2015 Cini kiteb “It is not common to have more than one bank and my clients would like to avoid informing their banks here“. L-istess emails juru wkoll li Keith Schembri u Konrad Mizzi ma’ riedux li jsir awditjar tal-kumpaniji fil-Panama.
Minn naħa tiegħu l-Ministru Konrad Mizzi pubblikament dejjem insista li kellu kull intenzjoni jiddikjara t-trust tiegħu fi New Zealand ma’ l-ewwel opportunita’.
L-informazzjoni żvelata fuq The Sunday Times of Malta tgħid ukoll li fil-proċess tat-twaqqif kien hemm problema meta l-mara tal-Ministru Konrad Mizzi ma’ ġietx indikata bħala Politically Exposed Person minkejja li l-mara ta’ ministru bl-aktar mod ċar tikklasifika bħala Politically Exposed Person.
L-evidenza turi wkoll li filwaqt li l-kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu għadhom ma’ bdewx negozju kien hemm kull ħsieb li jkun hemm negozju f’management, servizz ta’ konsulenza u servizzi ta’ senserija għalkemm dwar dan ma’ kien hemm ebda dettalji speċifiċi.
//= $special ?>

