Fi stqarrija il-Bank of Valletta ħabbar li l-problemi tekniċi ta’ dalgħodu fejn jidħlu l-cards bankarji ġew riżolti u s-servizzi kollha inkluż ta’ EPOSs, ATMs u e-commerce issa huma lura għan-normal.
Il-Bank mill-ġdid skuża ruħu għal kull inkonvenjent u rringrazzja lill-klijenti tal-kooperazzjoni.
Aktar kmieni….
Fi stqarrija l-Bank of Valletta spjega li minħabba problemi tekniċi il-cards bankarji tal-bank ma’ kienux qegħdin jaħdmu. Fl-istqarrija il-BOV spjega li din il-ħsara teknika kienet qegħda taffetwa n-network ta’ l-ATM’s, il-kummerċ eletttroniku u l-EPOS.
Filwaqt li l-bank skuża ruħu għal kull inkonvenjent spjega li kienet qegħda ssir ħidma sabiex il-problema tkun irranġata fl-iqsar żmien possibli.
//= $special ?>