Lokali

Raġel jaqa m’ogħla sular fir-residenza tiegħu

Il-bieraħ għall-ħabta tas-6:15pm Raġel ta’ 57 sena minn Ħaż-Żabbar waqa’ m’ogħla sular wara li għeleb minn fuq sellum li kien fuq xi fallakki fir-residenza tiegħu fi Triq Sant’ Antnin f’Ħaż-Żabbar.

Wara li ssejħet l-ambulanza fuq il-post, r-raġel ingħata l-għajnuna medika u ġie meħud l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħaż-Żabbar għadhom għaddejjin.