Lokali

AĠĠORNATA (2): Raġel jinqabad f’karozza wara inċident tat-traffiku fil-Qrendi

Dalgħodu għal ħabta tal-11:20am seħħ inċident tat-traffiku fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi li fih anzjan ta’ 71 sena li kien passiġġier f’karozza Ford misjuqa minn anzjan ta’ 73 sena miż-Zurrieq spiċċa maqbud fil-karozza wara ħabta ma’ karozza tat-tip Volkswagen misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Pieta li minn naħa tiegħu ma sofra l-ebda ġrieħi.

Kellha tkun ħidma tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex  il-passiġier tal-Ford inħareġ mill-karozza.

Il-passiġġier tal-Ford flimkien u s-sewwieq ta’ l-istess vettura ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ żewġ ambulanzi. Il-kundizzjoni medika tagħhom għadha mhijiex magħrufa.