L-attriċi Franċiża Madeleine Lebeau mietet fl-età ta’ 92 sena, meta hi kienet l-aħħar membru tal-cast tal-film leġġendarju Casablanca li kien inħadem fl-1942 u li kellu lil Humphrey Bogard u Ingrid Bergman fil-partijiet prinċipali.
Ir-rapporti qalu li Lebeau, li twieldet f’Pariġi, mietet fi Spanja. L-attriċi tibqa’ magħrufa għax-xena memorabbli f’Casablanca fejn tgħajjat Vive La France wara li l-klijenti ġo ħanut tax-xorb f’dan il-film kienu sfidaw lis-suldati Nażisti bil-kant tal-innu nazzjonali Franċiż.
//= $special ?>