Dalgħodu għall-ħabta tas-6:10am il-Pulizija ġew infurmati li kien seħħ atentat ta’ hold-up minn ħanut tal-merċa fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier li hu Pakistani u għandu 21 sena. Il-kaxxier irrifjuta li jgħati l-flus u rreżista l-aggressur li telaq minn fuq il-post mingħajr ma seraq xejn.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatret inkjesta magisterjali.
//= $special ?>