Internazzjonali

Azzjoni legali fi Franza kontra Facebook, Twitter u YouTube

Tliet organizzazzjonijiet fi Franza qalu li kienu se jieħdu azzjoni legali kontra Facebook, Twitter u YouTube talli qed jonqsu li jneħħu kliem razzista mis-siti tagħhom.
SOS Racisme, SOS Homophobie u l-Għaqda ta’ Studenti Lhud (UEJF) qalu li bejn il-perijodu 31 ta’ Marzu-10 ta’ Mejju sabu 586 kitba razzista f’dawn is-siti u perċentwal żgħir biss minnhom tneħħew. Dan minkejja li l-liġi Franċiża titlob li kitba razzista trid titneħħa mis-siti elettroniċi.
Dominique Sopo, il-President ta’ SOS Racisme, qal li dawn is-siti kienu aktar jikkonċernaw ruħhom jekk xi ħadd iqiegħed xi ritratt tiegħu stess għarwien milli meta wieħed iħeġġeġ il-vjolenza kontra persuna oħra minħabba t-twemmin jew ir-razza tagħha.