Ara l-aħħar filmati u intervista ma nies li għixu l-inċident
21:42: Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ikkonferma li waħda mis-7 persuni li ndarbu, ġarbet ġrieħi gravi.
Madwar 20 persuni kienu qegħdin jieklu fill-gallarija tar-ristorant meta seħħ l-inċident
Aktar FILMATI min fuq il-post tal-inċident :
21:32 Wasal fuq il-post Perit li daħal fuq ġewwa biex janalizza xi ħsarat struttrali oħra li jista jkun hemm fil-post
Ritratt: Maltese Roads traffic updates
21:20: Persuni li sofrew ġrieħi ħfief ittieħdu f’ lukanda fil-qrib
21:16: Min tal-anqas 7 persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għal aktar kura
21:11: It-triq tinsab miftuħa għat-trasport pubbliku biss
21:10: Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jidru nezlin fuq il-blat, li jagħti għal taħt ir-ristorant, għadu mhux magħruf jekk hemmx nies maqbdu bejn il-blat u l-gallarija tar-ristorant tas-sular t’isfel
21:07: Diversi persuni sofrew ksur konsiderevoli
21:06: Aktar persuni jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanzi li qed jaslu fuq il-post tal-inċident
21:03: Aktar ambulanzi jaslu fuq il-post
21:01: It-triq tingħalaq għat-traffiku
20:59: Aktar persuni jittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz tal-ambulanzi. Diversi ambulanzi għadhom fuq il-post.
20:57: Persuni ttitella’ mill-baħar u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei – Titella’ permezz ta’ lanċa tat-tiftix u s-salvataġġ
20:54: Aktar karozzi tat-tifi tan-nar jaslu fuq il-post biex jassistu lil dawk il-persuni li għadhom maqbuda
20:53: Ambulanzi jidru tilqin minn fuq il-post,
Persuni weġġgħu wara li gallarija ta’ ristorant sfrondat għas-sular t’isfel fuq tinda ta’ ristorant ieħor fil-Balluta.
Jirriżulta li fil-ħin tal-inċident li seħħ għall-ħabta tat-20:30, kien hemm xi nies jieklu fir-ristorant li jinsab fit-telgħa li tagħti lejn San Ġiljan.
Fost dawk li weġġgħu, mill-ewwel informazzjoni li waslitilna, jirriżulta li wħud minn dawk midruba sofrew ksur.
//= $special ?>