Internazzjonali

Gidma ta’ kelb il-baħar

Mara fl-Istati Uniti kellha tiddaħħal l-isptar b’kelb il-baħar żgħir imwaħħal ma’ jdejha wara li kien gidimha.
Il-mara ta’ 23 sena kienet qed iżżomm il-kelb il-baħar tar-razza, nurse shark, minn denbu meta dan f’daqqa waħda dar u ħatfilha jdejha f’Red Reef Park f’Boca Raton. Xhieda qalu li l-kelb il-baħar għalkemm kważi mejjet ma riedx jitlaq id il-mara b’xejn u għalhekk il-ħaddiema tal-emerġenza ddeċidew li kien aħjar jekk hi tittieħed bil-kelb il-baħar imwaħħal magħha speċjalment għaliex kien żgħir.
Il-ferita li kellha l-mara kienet waħda ħafifa filwaqt li l-kelb il-baħar miet.