Fl-ewwel konferenza tal-aħbarijiet tiegħu minn mindu ġimgħa ilu rebaħ l-elezzjoni Presidenżjali, Rodrigo Duterte qal li fost l-ewwel affarijiet li ried jagħmel meta jieħu l-ġurament tal-ħatra kien li jerġa’ jintroduċi l-piena tal-mewt.
Duterte qal ukoll li ried jagħti l-poter lill-Pulizija Filippina li tibda tispara biex toqtol fil-konfront ta’ dawk li jevadu l-arrest u f’konfronti ma’ membri tal-kriminalità organizzata.
Duterte kien popolari qabel ma kien elett President minħabba l-pożizzjoni iebsa tiegħu meta kien sindku ta’ Davao fil-konfront tal-kriminalità u korruzzjoni.
Il-piena tal-mewt fil-Filippini kienet abbolita fl-2006.
Hu issa jieħu l-ġurament tal-ħatra fit-30 ta’ Ġunju b’mandat ta’ sitt snin imma biex iwettaq dak li qed jgħid Duterte se jkollu bżonn l-appoġġ tal-Kungress.
Hu qal ukoll li ried relazzjonijiet aħjar maċ-Ċina li magħha l-Filippini għandha diversi problemi territorjali.
Il-ġimgħa li għaddiet kelliem għal Duterte qal li hu ried jipprojbixxi l-bejgħ tal-alkoħol wara ċertu ħin kif ukoll li wara l-10 p.m. tfal ma jkunux jistgħu jibqgħu barra waħidhom
Irid jerġa’ jintroduċi l-piena tal-mewt fil-Filippini
