Jekk l-Ingliżi jivvutaw biex joħorġu mill-Unjoni Ewropea, Malta tkun fost il-pajjiżi li jbatu minħabba l-ħruġ tal-Ingilterra mill-Unjoni. Dan ħareġ minn rapport tal-aġenzija tal-kreditu Fitch. Ir-Rapport jgħid li l-aktar pajjiżi affettwati mill-Brexit ikunu l-Iranda, Malta, il-Belġju, l-Olanda, Ċipru u l-Lussemburgu.
Dan ifisser li l-pajjiżi kollha li l-esportazzjoni tagħhom lejn l-Ingilterra hu ta’ mill-anqas 8% tal-Prodott Domesiku Gross se jkunu affetwati ħażin jekk l-Ingilterra toħrog mill-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra, ir-rapport ta’ Fitch jgħid ukoll li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiggwadanjaw minn xi investiment dirett barrani mill-Ingilterra f’pajjiżi membri.
Ir-rapport isemmi wkoll kif is-settur bankarju tal-pajjiżi nkluż Malta għandhom konnessjonijiet diretti mal-Ingilterra. Skont ir-rapport ta’ Fitch, jekk l-Ingilterra toħroġ mill-Unjoni Ewropea, jiżdiedu anke r-riskji politiċi fl-Ewropa.
//= $special ?>