L-eks deputat laburista Marlene Farrugia ħabbret li se tippreżenta mozzjoni ta’ sfiduċja f’Keith Schembri, iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Farrugia ħabbret dan b’messaġġ fuq Facebook fejn sostniet li “illejla , fil-Parlament taghna lkoll, u f’isem il-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba ser inressaq vot ta’ sfiducja fic-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri.”
Schembri, bħal Konrad Mizzi, issemma’ fil-Panama Papers u inqabad li għandu kumpaniji sigrieti offshore.
Fi stqarrija, in-Network tas-Soċjeta’ Ċivili qal li se jkun qed jappoġja din il-mozzjoni tad-deputat indipendenti Marlene Farrugia. L-istess Network qal illi Muscat qed jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri minkejja li ismu imċappas fl-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers.
L-istqarrija tgħid ukoll illi l-Prim Ministru għandu jagħti free-vote lill-membri tal-Grupp Parlamentari Laburista.
“Is-Soċjeta’ Ċivili qed tappella lill-Membri Parlamentari biex jivvutaw fl-interess ta’ Malta”, issotni l-istqarrija.
//= $special ?>