Il-manager tat-tim nazzjonali Ingliż Roy Hodgson ħabbar l-iskwadra ta’ 26 plejer għall-partiti ta’ ħbiberija qabel l-Euro 2016. Minn dawn, Hodgson irid jagħżel 23 plejer għall-Kampjonat Ewrope fi Franza.
Għal bosta, l-akbar sorpriża f’din is-selezzjoni kien l-isem ta’ Marcus Rashford li issejjaħ wara staġun mill-aqwa ma’ Manchester United. Għalkemm diġa’ kien hemm kritika qawwija għal din l-għażla ta’ dan iż-żagħżugħ, Hodgson jemmen li din l-esperjenza se tgħin għall-iżvilupp ta’ Rashford.
Marcus Rashford iddebutta mal-Ingliżi fi Frar li għadda.
Is-selezzjoni proviżorja hija din:
Goalkeepers: Fraser Forster, Joe Hart, Tom Heaton
Difensuri: Ryan Bertrand, Gary Cahill, Nathaniel Clyne, Danny Rose, Chris Smalling, John Stones, Kyle Walker
Midfielders: Dele Alli, Ross Barkley, Fabian Delph, Eric Dier, Danny Drinkwater, Jordan Henderson, Adam Lallana, James Milner, Raheem Sterling, Andros Townsend, Jack Wilshere
Attakkanti: Harry Kane, Marcus Rashford, Wayne Rooney, Daniel Sturridge, Jamie Vardy
//= $special ?>

