Taljan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar ħames piedi minn fuq scaffolding f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.45am fi Triq Salvu Privitera, fejn jirriżulta li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħolijiet ta’ kostruzzjoni u għal xi raġuni waqa’ mill-għoli.
Bil-każ kienu nfurmati l-Pulizija u fil-post issejjaħ ukoll tim mediku, li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>