Ġest mill-isbaħ ta’ xufiera ta’ karozza tal-linja li waqt li kienet qed topera waħda mir-rotot lejn id-direzzjoni tar-Rabat, waqqfet fuq l-istejġ biex għenet wieħed mill-passiġġieri jaqsam Triq il-Kbira San Ġużepp.
Ix-xufiera għamlet żgur li l-anzjan jasal fuq il-bankina, man-naħa l-oħra ta’ din it-triq traffikuża u prinċipali, qabel irritornat lejn il-karozza tal-linja (BUS 171) u kompliet bir-rotta tagħha.
Dan il-ġest inqabad b’ritratt ta’ persuna li kienet fil-karozza tagħha, u wassal għal xita ta’ messaġġi pożittivi u ta’ tifħir lejn ix-xufiera li l-identità tagħha għad mhix magħrufa.
//= $special ?>