Internazzjonali

Abdeslam suspettat dwar bandiera tal-ISIS fuq Facebook

Is-suspettat ewlieni dwar l-attakki terroristiċi storiċi tas-sena l-oħra fi Franza hu rrappurtat li ċċirkola bandiera tal-ISIS fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu, tlett ijiem biss qabel l-isplużjonijiet u l-isparaturi tat-13 ta’ Novembru li swew il-ħajja ta’ 130 f’Pariġi.

Il-websajt Belġjan RTBF ħareġ b’dan ir-rapport dwar is-suspettat, Salah Abdeslam, u qal li l-awtoritajiet kienu jafu dwar il-bandiera iżda ma ħadux azzjoni.

Militanti tal-ISIS, fit-13 ta’ Novembru kienu immiraw għal zoni speċifiċi ta’ Pariġi, fejn, minbarra l-mejtin, irriżultaw għexieren ta’ midruba. Abdeslam kien inħataf fi Brussell wara xhur jiżgiċċa lill-pulizija u kien estradit lejn Franza proprju x-xahar li għadda.