Lokali

EKU TAL-INĊIDENT TAL-BIERAĦ: Binja bi storja twila

Il-binja tal-Barracuda fil-bajja tal-Balluta tmur lura għas-Seklu 18 – hija binja bi storja twila illi riċentament ġiet ukoll restawrata.

Kienet il-gallarija ta’ dan ir-ristorant illi ċediet ilbieraħ filgħaxija.

Dan l-istabbiliment kien infetaħ fl-1978 minn Walter G Cassar. U sal-lum, l-istess familja Cassar għadha tmexxi dan ir-ristorant.

Mas-snin il-post sar sinonimu ma’ bosta familji Maltin u anke turisti, partikolarment minħabba l-post strateġiku li qiegħed fih.