Lokali

Feruta gravi wara li skidjat b’mutur

Żagħżugħa ta’ 25 sena tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li kmieni dalgħodu skidjat bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida.

Il-Pulizija marru fil-post, fejn irriżulta li ż-żagħżugħa, residenti San Ġwann, kienet qed issuq mutur tat-tip Kawasaki meta tilfet il-kontroll u skidjat.

Fil-post issejħet Ambulanza, li ħadet liż-żagħżugħa l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn feriti ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.