Internazzjonali

Għexieren ta’ maqtula f’Bagdad…L-ISIS jieħu responsabbiltà għal wieħed minn fost erba’ attakki

People look at damages at the site of a car bomb attack in Baghdad's Sadr City August 5, 2015. The bomb killed six people and wounded 12, police and medics said. REUTERS/Wissm al-Okili NO ARCHIVES.

Il-grupp terroristiku ISIS assuma responsabbiltà għal, almenu, waħda minn erba’ splużjonijiet ta’ bombi f’Bagdad, fejn inqatlu almenu 60 persuna. L-attakki kontra tliet swieq u ristorant kienu l-aħħar f’sensiela ta’ inċidenti terroristiċi li laqtu l-kapitali tal-Iraq fl-aħħar ġimgħa. Intant, kienu kkonfermati wkoll ’il fuq minn 100 ċivili midruba.

Tlieta mill-aħħar attakki tallum ikkonċentraw fuq distretti ta’ Bagdad fejn il-maġġoranza tar-residenti huma Xiti Musulmani. L-isplużjoni l-oħra laqtet neighbourhood tal-kapitali fejn tgħix taħlita ta’ Musulmani Xiti u Sunniti. Ir-rapporti qalu li tal-anqas aggressur suwiċida kien involut f’wieħed mill-attakki, biz-zoni milqutin tal-kapitali jkunu identifikati bħala Shaab, Dora u l-Belt ta’ Sadr.

L-ISIS jattakka kemm-il darba lix-Xiti Musulmani li jqisuhom bħala ‘komunità li ċaħdet il-prinċipji vera tal-Iżlam’. Fil-fatt, esperti jaqblu li ‘t-tlett splużjonijiet l-oħra tallum ukoll iġorru l-karatteristiċi tal-ISIS’.