Internazzjonali

Il-Kanada: Kriżi ġdida ta’ nirien f’Alberta

epaselect epa05291983 A handout photograph made available by the Royal Canadian Mounted Police, Alberta (RCMP) dated 05 May 2016 showing a RCMP policeman walking along a fire devistated street in Fort McMurray, Alberta Canada. The Government of Alberta reported on 05 May 2016 that Fort McMurray and a number of other communities are under mandatory evacuation orders. A provincial state of emergency has been declared. As the wildfire in Fort McMurray continues to burn More than 1,110 firefighters, 145 helicopters, 138 pieces of heavy equipment and 22 air tankers are fighting the fires. EPA/RCMP ALBERTA / HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Feġġet mill-ġdid kriżi ta’ nirien fil-Kanada meta madwar 12,000 persuna, fil-parti kbira nett ħaddiema fis-settur taż-żejt, kienu mħeġġa biex jabbandunaw il-belt ta’ Fort McMurray, fil-provinċja ta’ Alberta.

L-istess belt, fl-aħħar jiem, kienet ġarrbet l-agħar ta’ nirien tal-foresta inkontrollabbli, bl-allert ġdid iseħħ b’reazzjoni għal nirien ġodda li qabdu u li kienu qed javvanzaw lejn il-kampijiet tal-ħaddiema taż-żejt.

L-aħħar rapporti qalu li mat-8,000 persuna ngħataw direttivi biex jevakwaw mill-inħawi ta’ Fort McMurray bħala prekawzjoni, wara li direttiva simili kienet ingħatat, qabel, lil xi 4,000 oħra.
M
adwar ġimagħtejn ilu, ’il fuq minn 80,000 persuna kienu kostretti jaħarbu min-nirien storiċi li ħakmu dik il-belt u issa, l-osservaturi qalu li n-nirien enormi li sa ftit ilu kienu tbiegħdu minn Fort McMurray jidhru li qed jheddu mill-ġdid din iz-zona.

Dan fost konferma li l-kwalità tal-arja fil-belt partikolari għadha perikoluża għas-saħħa.